Illejla l-Prim Ministru Robert Abela se jerġa’ jmur il-Parlament biex jagħmel stqarrija ministerjali b’rabta mas-serqa ta’ droga minn kontejner fil-Barracks tal-Armata f’Ħal Safi
Dan intqal mill-Whip tal-Gvern Naomi Cachia, f’kumment ma’ ONE News, wara li lbieraħ l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, fosthom il-Kap Bernard Grech u d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, ma ħallewx lill-Prim Ministru jagħmel din l-istqarrija ministerjali.
Dr Cachia qalet li tittama li llejla l-Oppożizzjoni ġġib ruħha ta’ nies fil-Parlament, waqt li turi maturità, serjetà u anke rispett lejn il-poplu Malti u Għawdxi.