Hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela kien se jibda l-Istqarrija Ministerjali tiegħu, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista nfexxet f’attakk fuq l-Ispeaker Anġlu Farrugia. Dan minħabba li ma qablitx mar-ruling li ta ftit tal-ħin qabel.
Qam il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, fejn qal li l-Oppożizzjoni mhux se toqgħod u akkuża lill-Ispeaker li qiegħed jagħlaq ħalqha.
Mal-Kap tal-Oppożizzjoni, kompla d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li insulenta lill-Ispeaker. Aquilina għajru “sfaċċat” u “għal ftit oqgħod bil-qiegħda man-naħa tal-Gvern”.
Hawnhekk l-Ispeaker issospenda l-Kamra.
AQRA AKTAR: