Fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta saret l-ewwel edizzjoni tal-Premjazzjoni għall-Eċċellenza fil-Konstruzzjoni f’Malta, li laqtet aktar minn 200 professjonist fl-industrija. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Ministru responsabbli mir-Riforma għall-Ġustizzja, Jonathan Attard.
Matul din is-serata ngħataw bosta rikonoxximenti, bil-kumpanija Panta rebħet il-Kuntrattur tas-Sena.
Il-premijiet kienu iffokati biex jiżdiedu l-istandards u t-trawwim ta’ kultura ta’ sostennibilità, innovazzjoni, u kwalità fis-settur tal-kostruzzjoni.
Il-Minstru Jonathan Attard qal li din l-inizjattiva se sservi ta’ pjattaforma għall-kollaborazzjoni l-ispirazzjoni għall-futur.
Hu ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jitwaqqaf reġistru ġdid għall-prattikanti kwalifikanti fis-Saħħa u s-Sigurtà, biex tkompli tissaħħaħ il-kompetenza u l-professjonalità f’dan ir-rwol essenzjali.