Dalgħodu, għaxar persuni ġew arrestati wara li nstab li ma kellhomx id-dokumenti neċessarji biex jgħixu legalment f’Malta.
Dan waqt spezzjonijiet li saru bejn il-Pulizija u l-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni b’rabta ma’ spezzjonijiet mal-immigrazzjoni irregolari f’Marsaxlokk.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li n-nazzjonalitajiet tal-individwi huma mill-Benin, min-Niġerja, minn Burkina Faso u mill-Gambja.
Il-persuni kollha ttieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni sakemm jitlesta l-proċess ta’ ritorn tagħhom.