Fi stqarrija, Transport Malta qegħda tippubblika Espressjoni ta’ Interess għal operaturi tat-trasport kummerċjali li din is-sena huma interessanti joffru s-servizzi tagħhom fiż-żona ta’ Blue Lagoon f’Kemmuna.
Dan qed isir bħala parti mill-isforzi tal-awtorità biex l-operaturi fiż-żona ta’ Blue Lagoon f’Kemmuna jkunu regolati mis-sajf li ġej.
L-operaturi kummerċjali għandhom jiddikjaraw l-interess tagħhom billi jissottomettu l-informazzjoni mitluba fuq formula online, li se tkun aċċessibbli minn nhar l-Erbgħa li ġej, fuq il-website uffiċjali ta’ Transport Malta.
Id-dokumentazzjoni rikjesta trid tintbagħat sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Marzu.
F’din l-istqarrija ntqal li l-operaturi tat-trasport kummerċjali li ma jkunux konformi ma’ dak mitlub mill-awtorità mhux se jitħallew jagħtu s-servizzi tagħhom fi Blue Lagoon f’Kemmuna.