Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li dan il-lejl għall-ħabta tat-tlieta’ filgħodu, ġiet informata li kien ġie sgassat kontejner li kien jinsab f’proprjetà tal-Forzi Armati, f’Ħal Safi.
Il-Pulizija marret fuq il-post, fejn irriżulta li kontejner bi droga li huwa proprjetà tal-Qorti bħala parti minn inkjesta li tinsab għaddejja u li kien qed jiġi miżmum mill-Forzi Armati kellu s-siġġilli maqtugħin u kien ukoll jidher sgassat.
Minn stħarriġ li sar, irriżulta li madwar 200kg reżina tal-kannabis kienet nieqsa mill-istess kontejner.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat inkwirenti Antoine Agius Bonnici, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Dwar dan il-każ, Byron Camilleri offra r-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru Robert Abela.
AQRA AKTAR: