Il-Vatikan qal li l-Papa Franġisku kellu raqda tajba, bil-lejl għadda ‘bil-paċi’ wara li żvela s-Sibt li l-kundizzjoni tiegħu baqgħet kritika hekk kif sofra minn kriżi respiratorja ażmatika.
Il-kundizzjoni tiegħu ġiet deskritta bħala ‘aktar ma jiflaħx’ minn kemm kien il-Ġimgħa fejn irċieva trasfużjoni tad-demm.
Il-Papa Franġisku, li għandu 88 sena, qed jingħad li għandu pneumonia fiż-żewġ pulmuni fl-Isptar f’Ruma, Gemelli.
Hu kellu jingħata t-trasfużjonijiet tad-demm hekk kif kellu bżonnhom kawża ta’ demm baxx, assoċjat mal-anemija.
Huma bosta li qed jinġabru barra l-Isptar Gemelli f’Ruma jitolbu u jistennew aġġornamenti dwar saħħet u l-kundizzjoni tal-Papa, fejn kien il-Papa stess li talab li l-pubbliku jkun infurmat b’mod miftuħ dwar saħħtu.