Waqt intervista fuq ir-radju tal-Knisja, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li bħalissa huwa qiegħed jagħmel gwerra f’pajjiżna dwar ir-rifroma fl-inkjesta. Eku tal-istess kliem li uża l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, f’attività politika tal-Partit Nazzjonalista, fejn qal li se jagħmel gwerra kontra l-Laburisti.
Fl-istess intervista, il-Kap Nazzjonalista ġie mistoqsi ukoll jekk jiddispjaċihx li ma marx il-protesta tal-għaqda Repubblika. Dan anke għall-fatt li kien hemm rabja mit-tmexxija ta’ Repubblika, fil-konfront tal-Kap Nazzjonalista wara li ma attendix din il-protesta.
Bernard Grech spiċċa saħanistra jistieden lill-għaqda Repubblika biex jattendu l-protesti li jagħmlu l-Partit Nazzjonalista.