F’temp sabiħ, fl-Aħrax tal-Mellieħa, il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti organizzat għadd ta’ kompetizzjonijiet għall-klieb li jittieħdu għall-kaċċa fejn ġurija Taljana evalwat il-ħidma tal-klieb, flimkiem mal-kaċċaturi f’kategoriji differenti.
Madwar 50 kaċċattur ipparteċipaw bi ħġarhom din is-sena. Il-President tal-FKNK Lucas Micallef kellimna dwar il-parteċipazzjoni tal-kaċċaturi u dawk dilettanti tal-klieb f’din l-edizzjoni.
“Din hija s-sitt edizzjoni ta’ kompetizzjoni nazzjonali li qed issir għall-klieb tal-kaċċa, dik li ngħidulu field trial, naddattaw regoli internazzjonali. Qed ikollna membri tagħna li jipparteċipaw b’mod sabiħ, tant li nixtiequ li nagħmlu iktar attivitajiet oħra matul is-sena biex inkomplu nkabbru dan l-isport u delizzju.”
Il-President tal-FKNK, Lucas Micallef
Dan huwa l-kelb tal-kaċċa ta’ Malta, razza pura u unika għall-gżejjer tagħna.
Lino Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal-FKNK kellimna dwar razez ta’ klieb differenti li jittieħdu għall-kaċċa f’pajjiżna.
“Barra l-kelb tal-kaċċa ta’ Malta li huwa ideali għat-terran tagħna u l-pajjiż tagħna, illum hawn ħafna klieb diversi li jintużaw għal-kaċċa. Fosthom insibu setters, dawk li jitbaxxew malli jisimgħu it-tir, il-pointers speċjalment german pointers, english pointers u razez oħra, spaniel li jidħol u jduru ħafna, jiġifieri saru popolari għal Malta.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-FKNK, Lino Farrugia
Iltqajna wkoll mal-ġurnalist internazzjonali ta’ Sky, li matul is-snin tella’ għadd ta’ dokumentarji dwar il-kaċċa minn pajjiżi differenti. Barra l-kummenti sbieħ dwar pajjiżna, huwa għaddielna l-ħsibijiet tiegħu fuq l-edizzjoni tal-field trial ta’ din is-sena tal-FKNK.
“It is very important for the Maltese hunters with this kind of event, a lot of people come and show their dog and stay altogether in a very wonderful island and weather and friendly atmosphere.”
Federico Cusimano – ġurnalist ta’ Sky