Li l-Partit Nazzjonalista miexi ‘il quddiem huwa mertu tiegħi.
Kliem il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista li kellu fuq ir-radju tal-Knisja, dalgħodu.
Waqt il-programm, il-Kap Nazzjonalista ġie mistoqsi dwar l-aħħar sondaġġi differenti li ġew ippubblikati il-Ħadd li għadda, sondaġġi li juru li l-Partit Laburista jinsab fuq quddiem.
Madankollu, il-Kap Nazzjonalista nsista li l-Partit Nazzjonalista miexi ‘l quddiem, tant li jrid il-mertu ta’ dan.