Għada filgħodu se ssir l-40 edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta. Għall-edizzjoni ta’din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem 5,100 atleta minn 80 pajjiż differenti.
Fost l-atleti li se jieħdu sehem hemm ukoll iċ-champion paralimpiku u holder tar-rekord tad-dinja Richard Whitehead.
Il-Maratona prinċipali se titlaq mill-Mdina fis-7 ta’ filgħodu.
In-Nofs Maratona titlaq ukoll mill-Mdina fit-8.15 ta’ filgħodu.
It-tmiem tal-maratona se jkun bħas-soltu ix-Xatt Tas-Sliema.
L-organizzaturi tal-Marartona kif ukoll Transport Malta qed iħabbru li waqt il-maratona se jkun hemm xi toroq magħluqa. Għalhekk qed jappellaw lill-pubbliku sabiex jevita l-inħawi u jikkopera mal-pulizija.

