Fl-uniku partita tal-Ġimgħa filgħaxija mit-360Sport Malta Premier, Marsaxlokk irritornaw għar-rebħ meta għelbu lill-Gzira United 1 – 0, konfront l-intlagħab fil-Victor Tedesco Stadium.
Kien biss fid-39 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita, bil-Maroons ikunu huma li joħolqu l-periklu meta freekick ta’ Gabriel Bohrer Mentz ġie salvat f’corner mill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Matthew Calleja Cremona.
Fit-tieni taqsima kienu Marsaalokk li ħolqu l-ewwel periklu eżattament fit-52 minuta meta Jorge Ailton Soares kellu l-konklużjoni tiegħu salvata parzjalment mill-goalkeeper Taljan ta’ Gzira, Giulio Mangano, b’Jose Ulises Arias ikollu x-xutt tiegħu kklerjat f’corner mid-difiża tal-Maroons.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-80 minuta fetħu l-iskor, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa meta Jorge Ailton Soares indirizza cross mil-lemin li sab lil JUAN CARLOS CORBALAN li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ġewwa.
Disa’ minuti wara freekick mil-lemin ta’ Leandro Aguirre dejjem għax-Xlukkjari, ġie kklerjat f’sigurtá kważi minn fuq il-linja fatali mid-difiża ta’ Gzira.
Fil-95 minuta. Marsaxlokk, spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta l-player Duvan Torres, wara li dan kien ilu biss żewġ minuti fil-ground.
Referee: Fyodor Zammit
Plejer tal-Logħba: Juan Corbolan