Aġenta tal-proprjetà ta’ 47 sena minn Birkirkara nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata bi frodi u ħasil ta’ flus wara li allegatament ħarġet kuntratti tal-kirja foloz lill-57 persuna, kollha rreġistrati fuq l-istess indirizz fl-Imġarr.
Deborah Calleja qed taffaċċja akkużi ta’ ħasil ta’ flus, frodi, li għamlet użu minn dokumenti foloz u li għamlet dikjarazzjonijiet foloz għad-detrement tal-Kummissarju tat-Taxxa, tal-Awtorità tad-Djar u Identità bejn l-2022 u l-2024.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Calleja wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.
Wara li saret talba għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-evidenza (tamper).
Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ ffriżar tal-assi ta’ Calleja.