Aktar kmieni dalgħodu, fi Triq id-Duluri f’Tal-Pietà, seħħ aċċident fejn ċeda saqaf ta’ ħanut tal-merċa, waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li għaddejjin. Għalkemm il-ħanut kien miftuħ u kien hemm xi persuni qed jixtru, ħadd ma’ weġġa’.
Il-Pulizija ġew informati bl-aċċident għall-ħabta tal-10.20 li waslu minnufih fuq il-post, flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Potezzjoni Ċivili.
ONE News informat li, waqt li sular fuq il-ħanut kienu għaddejjin ix-xogħlijiet, sid il-ħanut sema’ l-ħoss ta’ briks jaqa’ u, flimkien mal-klijenti, ħarġu jiġru ’l barra.