Indjan ta’ 33 sena, residenti f’Ħal Qormi, se jgħaddi ġuri, b’akkużi li stupra tfajla ta’ 15-il sena li kienet qed tgħallmu jgħum fil-bajja tal-Għadira.
Sarath Baby Kodagan, li jaħdem bħala xufier f’pajjiżna, mal-istudenti, iltaqa’ mat-tfajla waqt vjaġġ li kien qed jagħmel.
Hawn, huwa kkuntattja lit-tfajla fuq il-midja soċjali u bagħtilha għadd ta’ messaġġi, fosthom talabha sabiex tgħallmu jgħum.
It-tifla aċċettat u fl-24 t’Awwissu, iltaqgħu l-Għadira, fejn huwa pprova jneħħilha l-malja u jistupraha waqt li kienu fil-baħar.
It-tfajla għamlet rapport mal-Pulizija, u wara li huwa tressaq il-Qorti, ġie deċiż li kien hemm biżżejjed evidenza sabiex huwa jgħaddi ġuri.