Xi kultant persuna tagħmel ġest żgħir magħna li ma jkunx mistenni u napprezzawh. Dawn il-ġesti mhux mistennija ħafna drabi jiġu apprezzati aktar meta l-persuna li tagħmilhom ma nkunux nafuha. Filfatt, fuq il-paġna ta’ facebook ta’ The Malta Police Force, raġel poġġa nota ta’ ringrazzjament lil tliet uffiċjali tal-Pulizija għall-ġest mhux mistenni tagħhom.
L-uffiċjali ċemplu lil din il-persuna biex jinfurmawha li kienet ħalliet it-tieqa tal-karozza miftuħa filwaqt li stennew sakemm ir-raġel wasal fejn il-karozza biex jassiguraw li ħadd ma jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni jew jagħmel ħsara lill-karozza.
Ir-raġel stqarr li affarijiet żgħar bħal dawn ifissru ħafna filwaqt li uffiċjal tal-Pulizija rringrazzja lil dan ir-raġel u stqarr li “Dak li għamilna huwa d-dover tagħna, iżda nieħdu gost b’kummenti bħal dawn u jkomplu jtuna kuraġġ sabiex nkomplu nagħmlu xogħolna minn l-aħjar li nistgħu sabiex inkunu hemm għaċ-ċittadin.”