Il-Malta Golf Association b’kollaborazzjoni mal-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u Sport fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta organizzaw seminar ta’ teorija u prattika mal-istudenti li qed jitgħallmu biex isiru għalliema tal-edukazzjoni fiżika.
L-għan ta’ dan is-seminar kien li l-għalliema prospettivi tal-edukazzjoni fiżika jgħallmu l-ħiliet bażiċi fil-golf b’bosta logħob u eżerċizzji prattiċi li t-tfal tal-iskola primarja u sekondarja jistgħu jitgħallmu minnu.
Dan is-seminar ġie indirizzat minn Nick Horrocks, kowċ kwalifikat li hu bbażat fl-Ingilterra.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-president tal-Malta Golf Association William Beck qal li dan is-seminar kien suċċess hekk kif l-għan hu dejjem li jkun hemm aktar tfal li jidħlu fl-akkademja tal-golf u eventwalment jiżdied il-popolarita’ ta’ dan l-isport.