Għadd ta’ pumpieri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dalgħodu kienu involuti f’operazzjoni delikata wara li nirien ħakmu penthouse fuq blokka ta’ appartamenti fi Triq San Pawl jew Dawret il-Gżejjer, fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar.
It-triq kellha tingħalaq kompletament għat-traffiku, waqt li l-pumpieri u ħaddiema tas-salvataġġ kienu impenjati jitfu n-nirien qawwija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn informazzjoni li għandu ONE News jirriżulta li l-każ seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu. Mill-ewwel informazzjoni, jidher li ħadd ma weġġa’ fl-aċċident.
