L-uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti ġew ikkonfermati għal terminu ieħor hekk kif l-erbgħa saret l-elezzjoni mil-Assemblea Ġenereali Elettiva.
Il-karigi prinċipali ma ġewx kontestati u għalhekk ġew konfermati kollha.
Dawn huma: Julian Pace Bonello (President), Paul Sultana (Viċi President), Kevin Azzopardi (Segretarju Ġenerali) u Charlene Attard (Direttur tal-Isport).
Min-naħa tagħha Joanne Cassar se tkun qed tassumi r-rwol ta’ Direttur tal-Finanzi.
Intant ħames kandidati ikkontestaw l-erba’ pożizzjonijiet l-oħra fil-Bord Eżekuttiv.
Il-membri eletti huma: Lucienne Attard, David Azzopardi, Johanna Grech u Maria Vella-Galea, li b’hekk żammew posthom f’dan il-bord.
Ir-riżultati tal-uffiċjali għolja (minn total ta’ 84 votant):
Julian Pace Bonello: 81
Kevin Azzopardi: 81
Joanne Cassar: 79
Charlene Attard: 78
Paul Sultana : 68
Ir-riżultati tal-membri tal-Bord Eżekuttiv (minn total ta’ 82):
Johanna Grech : 73
Maria Vella-Galea 73
David Azzopardi 70
Lucienne Attard : 63
Maria Azzopardi: 23