Taljan ta’ 45 sena weġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur fil-Fgura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, fi Triq Hompesch.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza, misjuqa minn Albaniża ta’ 32 sena u l-mutur, misjuq mill-vittma.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku, li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.