Mill-bidu ta’ Ġunju, il-linja nazzjonali tal-ajru, il-KM Malta Airlines se tibda ttir b’mod dirett lejn Istanbul, fit-Turkija.
Dan tħabbar fi stqarrija mil-linja nazzjonali tal-ajru.
Intqal li dawn it-titjiriet se jsiru bejn it-Tnejn u l-Ħamis, tul ix-xhur sajfin. Dan filwaqt li fix-xhur xitwin, it-titijiriet se jkunu t-Tnejn, it-Tlieta u l-Ħamis.
Intqal li s-sħubija ta’ code-sharing bejn il-KM Malta Airlines u t-Turkish Airlines se twassal għal aktar konnettività għal-linja nazzjonali tal-ajru.
Iċ-Chairman ta’ KM Malta Airlines David Curmi qal li din l-aħbar qed turi l-impenn tal-linja nazzjonali tal-ajru sabiex tgħaqqad aktar lil pajjiżna u dawk li jsiefru minnu. Dan filwaqt li ssaħħaħ l-opportunitajiet tal-kummerċ u t-turiżmu bejn Malta u t-Turkija.