Fil-Qorti, tħabbar kif l-anzjan ta’ 70 sena li, f’Novembru li għadda, ġie aggredit mill-ġar tiegħu f’San Pawl il-Baħar, inħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva fejn kien rikoverat.
Dan tħabbar waqt is-smigħ tax-xhieda fil-kawża kontra John Oliver Kane, Ingliż ta’ 72 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-Tabib Mario Scerri xehed li l-ġrieħi li kellu l-vittma saru permezz t’arma, waqt li l-akkużat kellu tbenġil u ġrieħi ħfief li saru b’oġġett.
Kane baqa’ jinsisti li mhuwiex ħati tal-attentat ta’ qtil.