Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, beda l-ġuri b’rabta ma’ delitt li kien seħħ nhar it-2 t’April tal-2017 fil-Ħamrun.
L-akkużati, Joseph Grech ta’ 61 sena u ibnu Kurt ta’ 31 sena, magħruf bħala “n-Nemes”, qed jiffaċċjaw seba’ akkużi kontrihom dwar il-qtil ta’ Brandon Pace, li kien magħruf bħala “l-Galalli”, inkluż theddid u pussess t’armi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma kien inqatel f’appartament wara li daħal f’argument ma’ Kurt Grech wara li s-sieħba tiegħu kienet qed tiġġieled mal-akkużat fuq it-tifel komuni li għandhom.
Meta waslu fuq il-post, il-Pulizija kienu sabu lil Pace f’għadira demm.
Fuq il-post kien hemm omm il-vittma, Lisa Pace, kif ukoll Joseph u Anna Maria Grech, il-ġenituri ta’ Kurt Grech.