Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Qala, weġġa’ serjament wara li t-Tnejn waranofshinar inqaleb bil-karozza fi Triq Giorgio Borg Olivier, ir-Rabat, Għawdex
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-karozza nqalbet wara li ħabtet f’ħajt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
Il-Maġistrat Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.