Mara ta’ 27 sena residenti Wied il-Għajn weġġgħet gravi, filwaqt li raġel ta’ 30 sena minn Wied il-Għajn weġġa’ ħafif fl-aċċident li seħħ ilbieraħ fi Triq Ħal Far, fil-limiti ta’ Ħal Luqa.
Ir-raġel kien qed isuq il-karozza involuta fl-aċċident tat-tip Suzuki Swift, waqt li l-mara kienet passiġġiera, flimkien ma’ tifla ta’ tliiet snin li l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.
Il-karozza ħabtet ma’ trakk tal-merkanzija misjuq minn raġel ta’ 44 sena minn Wied il-Għajn, li sofra minn xokk qawwi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
