L-attakk li seħħ is-sibt fil-belt ta’ Villach qed jiġi meqjus bħala attakk Iżlamiku. Dan ħabbru l-Ministru tal-Intern Awstrijakk Gerhard Karner matul il-ġurnata tal-Ħadd.
F’dan l-attakk, Sirjan ta’ 23 sena li kien qed ifittex l-ażil fil-pajjiż ħasad il-ħajja ta’ tfajjel ta’ 14-il sena permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina u weġġa’ ħames persuni oħra. Fost il-feruti hemm żewġ ġuvintur oħra ta’ 15-il sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li s-Sirjan ġie radikilizzat onljan f’perjodu pjuttost qasir.
Huwa gie arrestat immedjatament wara l-inċident fejn f’ritratti fuq il-midja soċjali deher jitbissem waqt li l-Pulizija bdew jippuntaw arma tan-nar fuqhu.