Id-Drama dwar il-papa Conclave u l-film epiku dwar l-immigrazzjoni The Brutalist kienu l-protagonisti lbieraħ waqt il-BAFTA awards.
Conclave tad-direttur Ġermaniż Edward Berger rebaħ 4 unuri li jinkludu l-aqwa film u l-aqwa film Brittaniku, żewġ unuri li ilhom ma jintrebħu mill-istess film minn meta għamel hekk il-film dwar il-gwerra 1917 fl-2019. Huwa wkoll rebaħ l-unur tal-aqwa editing u l-aqwa adapted screenplay.
Il-film tad-direttur Amerikan Brady Corbet, The Brutalist ukoll rebaħ 4 unuri hekk kif Corbet rebaħ l-aqwa Direttur filwaqt li Adrien Brody rebaħ l-aqwa attur għall-interpretazzjoni tiegħu tal-karattru László Tóth – perit Ungeriż li salva fl-Olokawst. Il-film rebaħ ukoll l-aqwa mużika oriġinali u l-aqwa ċinematografija.
Rebbieħa oħra kienu Mikey Madison bħala l-aqwa attriċi f’Anora, Kieran Culkin l-aqwa supporting actor f’A Real Pain u Zoe Saldana l-aqwa supporting actress f’Emilia Perez.