Emmanuel Bugeja tela’ fl-ogħla post tal-podju meta rebah l-ewwel Trap Selection Shoot tas-sena.
Fit-tieni post spiċċa Gianluca Chetcuti u t-tielet spiċċa Ryan Bugeja.
Din il-kompetizzjoni kienet organizzata fuq jumejn u saret fil-Malta National Shooting Ranges.
Is-sitt Finalisti fl-ordni tan-numru tal-bib skont il-punteġġi ta’ kwalifika tagħhom kienu; CHETCUTI Gianluca bl-iskor ta’ 114/125 +1 shoot-off, BUGEJA Ryan 114/125 +0 shoot-off, GALEA James Jr kisser 113/125 plattina, CHETCUTI William 111/125, BUGEJA Emmanuel 110/125 u GALEA Brian 107/125.
Ir-riżultat finali kien:
1 BUGEJA Emmanuel 45/50
2 CHETCUTI Gianluca 43/50
3 BUGEJA Ryan 35/40
4 GALEA James Jr 28/35
5 CHETCUTI William 23/30
6 GALEA Brian 19/25
Ir-Riżultati tal-Klassijiet kienu:
Klassi A
1 CHETCUTI Gianluca 114/125
2 BUGEJA Ryan 114/125
3 GALEA James Jr 113/125
Klassi B
1 ATTARD Nazzareno 101/125
2ATTARD Jacob 101/125
3 SCHEMBRI Christian 96/125
Klassi C
1 BONNICI Leetov 91/125
2 MALLIA Joseph 89/125
3 CASSAR Abiel 86/125
Il-kompetizzjoni Trap li jmiss se ssir nhar il-Ħadd 23 ta’ Frar 2025 fis-Southern Shooting Club.