Ċiklist weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tar-rota u ħabat ġo karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 55 sena residenti s-Siġġiewi.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu fi Triq il-Kilpa, is-Siġġiewi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iċ-ċiklist ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Iktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi, bil-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.