Raġel ta’ 43 sena, ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih li fl-14 ta’ Frar xerred aħbarijiet foloz u għamel użu ħażin minn apparat elettroniku.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija rċeviet telefonata minn binja tal-Appoġġ, li hemm raġel se jisplodi l-Moskea ta’ Raħal Ġdid. Ftit tal-ħin wara, l-akkużat ġie arrestat mill-uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia, intqal li l-imputat jinsab fi stat ħażin ta’ saħħa mentali u għandu l-vizzju tad-droga. Id-difiża talbet għal probation u trattament biex jegħleb il-vizzju tad-droga, bil-prosekuzzjoni taqbel ma’ dan.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti sabitu ħati u ordnat probation ta’ 3 snin b’uffiċjal tal-pulizija jaġġorna l-qorti kull sitt xhur. Minkejja dan, tatu multa ta’ €400 u poġġietu taħt trattament għal 3 snin biex jegħleb il-vizzju tad-droga.