Sewwieq ta’ mutur ta’ 39 sena minn Ħal Lija, weġġa’ gravi wara li ħabat ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 42 sena minn San Pawl il-Baħar.
L-Inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq il-Wied, l-Iklin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku, li dawn tal-aħħar ħadu lir-raġel l-isptar.
L-Investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.