Ġiet ikkonfermata l-aħbar li żvela ONE NEWS li Charles Bonello se jixħet ismu għal Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Bonello se jkun qed jieħu post Michael Piccinino u huwa l-eks segretarju personali ta’ Lawrence Gonzi.
Mat-Times li saħanistra kienu sfurzati joħroġu din l-istorja wara li ġiet żvelata minn dan l-istazjon, Charles Bonello kkonferma dan u qal li ġie avviċinat minn xi nies, għalkemm ninsabu infurmati li ma kienx l-isem naturali.
Qabel, il-gazzetta KullĦadd ukoll żvelat din l-informazzjoni, li llum issa wkoll għandna konferma tagħha.
AQRA WKOLL: