Hekk kif ftit tal-jiem ilu, ġie inawgurat ix-xogħol ta’ tisbiħ f’Chadwick Lakes, f’kitba fuq il-mezzi soċjali l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett ħabbar li l-karozzi mhux se jitħallew jidħlu f’ċerti żoni.
Wara li tkellem man-nies li jżuru dan il-post ta’ sikwit, il-Ministru ħabbar li b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta, tfassal pjan għall-immaniġġar tat-traffiku tal-madwar biex tingħata l- prijorità’ lill-familji li jżuru dan il-post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi tmiem din il-ġimgħa, l-uffiċjali ta’ Transport Malta se jkunu fuq il-post biex jaċċertaw li ma jidħlux karozzi f’ċerti żoni. Filwaqt li fil-ġranet li ġejjin se jitwaħħlu tabelli u żebgħa neċessarja sabiex l-immaniġġjar tat-traffiku jkun ċar ma’ kulħadd.