B’reazzjoni għall-artiklu tal-eks ġurnalista tan-NET Christine Amaira fuq it-Times, fejn għajret lill-Gvern li hu xi ‘Big Brother’ għax kixef kummenti pubbliċi dispreġġjattivi tal-eks Prim Imħallef Silvio Camilleri, il-ġurnalist Karl Stagno Navarra fakkar x’kien jiġri fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ GonziPN.
Bi ftit eżempji xokkanti tat-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi, Stagno Navarra qal li kien biss f’dak iż-żmien li l-Gvern kien iddikjara li, jekk hemm bżonn, “iva, ikunu jafu xi jsir fil-kamra tas-sodda tan-nies”.
Minbarra hekk, fakkar fix-xibka ta’ komunikazzjoni bejn id-Dar Ċentrali u Kastilja biex tinġabar id-dejta personali tan-nies u iżjed minn hekk kif is-Segretarju Privat tal-Prim Ministru kien jgħaddi fajls personali tan-nies lill-midja biex dawn jiġu attakkati.