Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela żar il-Koperattiva KOLS fejn tlesta proġett ta’ rinnovar fil-Healthcare Laundry tal-Gvern b’investiment ta’ madwar €1 miljun.
Matul din iż-żjara ġie spjegat kif grazzi għal dan l-investiment, sar titjib fl-operat tal-Koperattiva u fl-istess waqt qed jinżammu l-istandards tal-Unjoni Ewropea bħal ‘Risk Assessment and Bacteriological Control’, kif ukoll qed jiġu sodisfatti r-regolamenti tal-UE li jirregola l-‘Healthcare Laundries’.
Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif ix-xogħol ta’ din il-koperattiva huwa importanti hekk kif tieħu ħsieb il-’laundry’ tal-isptarijiet u l-kliniċi kollha tal-gvern f’pajjiżna. Spjega li permezz ta’ dan il-proġett u investiment f’makkinarju modern qed twassal għal servizz aktar effiċjenti u fl-istess waqt qed inaqqsu wkoll il-‘carbon footprint’ tagħhom hekk kif l-operat issa huwa aktar ‘energy efficient’.
“Il-koperattiva KOLS tipproċessa il-’laundry’ tal-isptarijiet u l-kliniċi kollha tal-gvern f’pajjiżna. Hawnhekk sar investiment ta’ madwar miljun ewro illi issa qed iwassal biex it-tagħmir huwa iktar modern b’riżultat li l-gvern qed jiffranka bejn wieħed u ieħor tliet miljun ewro fis-sena.”
Il-Ministru Jo Etienne Abela
