Kif ħabbarna fl-aħħar jiem, il-programm tant popolari mal-udjenzi Maltin u Għawdxin ESPERTI se jerġa’ jkun mas-segwaċi ta’ ONE mill-iskeda tal-Ħarifa li ġej. Bħalissa għaddej il-proċess biex jinġabru l-applikazzjonijiet għal dawk it-tfal li jixtiequ jiġu għal provi (auditions).
Il-produtturi tal-programm qed iħabbru li ċ-ċans biex tapplika huwa sal-10 ta’ filgħodu ta’ nhar il-Ħadd li ġej, 16 ta’ Frar.
Min hu interessat li jibgħat lit-tfal tiegħu biex jippruvaw ikunu parti mit-team t’ESPERTI 2025, kull ma jrid jagħmel hu li jmur sa ONE Studios il-Marsa, jiġbor applikazzjoni u jingħata appuntament għal awdizzjoni