Papa Franġisku jiddaħħal l-isptar minħabba li qed isofri minn bronkite, li anke kkawżalu qtugħ ta’ nifs.
Fil-fatt f’numru ta’ udjenzi li kellu fl-aħħar jiem u ġimgħat Papa Franġisku deher jaqta’ nifsu waqt li jitkellem, fejn saħanistra l-omeliji u d-diskorsi tiegħu kellu jaqrahom xi ħadd ieħor.
Kelliem għall-Vatikan qal kif Papa Franġisku se jkun qed isirulu numru ta’ testijiet u tingħatalu l-kura meħtieġa.
Huwa ddaħħal fl-Isptar Agostino Gemelli.