F’intervista waqt il-programm ‘Bla Fruntieri’ fuq ONE nhar il-Ħadd li ġej, is-Siżmologu Dr Matthew Agius se jiddiskuti mal-preżentatriċi Claudette Abela Baldacchino t-theżżiżiet kbar li qed ikun hemm fl-Ibħra Eġew u f’Santorini.
Għalkemm dawn qed iseħħu mhux wisq ’il bogħod minn xtutna, is-Siżmologu jistqarr li Malta xorta ma tinsabx f’riskju.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dr Agius appella lil dawk kollha li, fi ftit żmien ieħor, se jkunu qed jivvjaġġaw lejn dawn l-inħawi biex, qabel, isegwu l-istruzzjonijiet tal-pajjiż konċernat, f’dan il-każ il-Greċja.
Waqt il-programm ‘Bla Fruntieri’, li jibda fl-10:00 ta’ filgħodu, se jiġu diskussi wkoll żewġ temi oħrajn, l-intelligenza artifiċjali u l-mudell soċjali li jeħtieġ jiġi adottat mill-Unjoni Ewropeja.