Il-ġurnata tal-Ħamis kienet waħda ta’ emozzjonijiet differenti waqt il-kampjonati ewropej tal-Eightball Pool li qed isiru f’pajjiżna. Dan hekk kif Malta kienet f’bosta finali tat-timijiet b’riżultati mħallta. It-timijiet maltin irnexxielhom javvanzaw għal ħames finali f’kategoriji differenti wara wirjiet mill-aqwa.
Biss, l-uniku finali li Malta rnexxielha tirbaħ kienet dik tal-kategorija tal-Irġiel D hekk kif it-team malti għeleb lill-Irlanda bl-iskor ta’ 8-5.
Sfortunatament il-maltin tilfu l-erba’ finali l-oħra.
Malta Team A tilef il-finali tiegħu kontra Wales bl-iskor ta’ 3-8.
Malta Team C tilef il-finali kontra l-Irlanda bl-iskor ta’ 3-8.
Malta Juniors A tilef kontra l-Ingilterra bl-iskor ta’ 5-8.
Malta Over 50s B tilef kontra l-Irlanda bl-iskor ta’ 4-8.
Malta Over 60s A tilef fil-finali kontra l-Irlanda bl-iskor ta’ 2-8.
Intant illum, l-aħħar ġurnata ta’ dawn il-kampjonati, tkun iddedikata għas-semifinali u l-finali tal-kategorija individwali. L-uniċi żewġ maltin fl-azzjoni se jkunu Steve Muscat (U23) u Tonio Mifsud (Over 60s) li filgħodu jilgħabu fis-semifinali, b’ċans għall-finali.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/14083535/thumbnail_IMG_1961-1024x683.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/14083542/thumbnail_IMG_1941-1024x683.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/14083553/thumbnail_IMG_1981-1024x683.jpg)