Illum l-uffiċjali internazzjonali Clayton Pisani bħala referee, u l-assistenti referees Alan Camilleri u Duncan Sultana, ser jikkontrollaw il-logħba ta’ ħbiberija ta’ taħt il-21 sena bejn id-Danimarka u l-Ingilterra, li ser tintlagħab fil-BioNutria Park Stadium ta’ Randers, fid-Danimarka.
L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Maltija qalet fi stqarrija li din l-istedina tkompli mas-sensiela ta’ opportunitajiet simili li l-uffiċjali tal-ogħla kategorija qed ikollhom biex ikomplu jtejbu il-livelli tagħhom ta’ refereeing.