L-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti, permezz tal-Avukat tagħha Alfred Abela, qalet li l-filmati tas-sigurtà juru b’mod ċar li kien l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li ħa l-filmati tal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard fil-kurituri tal-Qorti.
Dan ħareġ fit-tkomplija tal-kawża fil-konfront tal-eks Deputat Nazzjonalista u avukat tal-għaqda Repubblika, akkużat li kiser il-liġi meta ġibed filmat fil-Qorti fit-2 ta’ Diċembru li għadda.
Fil-Qorti tqabbel il-filmat, li ġie ppubblikat mill-midja Nazzjonalista, mal-filmati mill-kameras tas-sigurtà fil-Qorti, li kkonfermaw kif Azzopardi kien qed jieħu l-filmat inkwistjoni f’dak il-ħin partikolari.
Il-ġbid ta’ filmati fil-Qorti hu pprojbit u min jagħmel dan hu reat.
Ritratt: MaltaToday