L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baseball u s-Softball (M.B.S.A.) kienet rappreżentata fil-kungress tal-WBSC Europe. mill-President Andrew Bajo u l-Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi Chris Munz attendew l-avveniment, fejn kellhom l-opportunità jiltaqgħu ma’ federazzjonijiet oħra, jaqsmu l-aħjar prattiki, u jiddiskutu d-direzzjoni futura tal-isport fl-Ewropa.
L-M.B.S.A. hija impenjata li taħdem id f’id ma’ tmexxijja l-ġdida tal-WBSC Europe biex tkompli ssaħħaħ il-preżenza tal-baseball u l-softball f’Malta u lil hinn minnha.
Il-kungress laqa’ diskussjonijiet importanti dwar diversi temi, fosthom l-iżvilupp futur tal-Baseball5, il-varjant dinamiku tal-loghoba tal-Baseball, kif ukoll ir-rwol tal-eSports biex jattira aktar żgħażagħ. Barra minn hekk, kien hemm enfasi fuq l-edukazzjoni kontra d-doping u l-importanza tar-regolamenti dwar it-trasferiment tal-atleti, żewġ temi li rċevew attenzjoni sinifikanti.
Wieħed mill-punti ewlenin tal-kungress kien il-fokus fuq is-solidarjetà Olimpika, b’diskussjonijiet dwar kif jiġi żgurat kompetizzjoni ġusta u tkabbir sostenibbli tal-isport fil-qafas Olimpiku. Bi tmexxija ġdida u b’enfasi fuq inizjattivi kruċjali ta’ żvilupp, il-Kungress WBSC Europe 2025 waqqaf il-pedamenti għal futur pożittiv għall-baseball u s-softball madwar l-Ewropa.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/13103325/thumbnail_54312862554_db14e3601b_o-1024x683.jpg)
Kumitat Eżekuttiv Ġdid tal-WBSC Europe:
● President: Kruno Karin
● Segretarju Ġenerali: Ami Baran (Iżrael)
● Teżorier: Bjørn Christian Thode (Norveġja)
● Viċi President Baseball: Bart Volkerijk (Olanda)
● Viċi President Softball: Gabriel Waage (Repubblika Ċeka)
● Viċi President Baseball5: Youri Alkalay (Bulgarija)
Membri tal-Kumitat Baseball:
● Pierluigi Bissa (Italja)
● Elliot Fleys (Franza)
● Jordi Valles Mestres (Spanja)
Membri tal-Kumitat Softball:
● Conny Chwojka (Awstrija)
● Mette Nissen Jakobsen (Danimarka)
● Kristian Pälviä (Żvezja)
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baseball u s-Softball tifraħ lill-membri ġodda tal-bord eletti u tħares ‘il quddiem biex tkompli tikkontribwixxi għas-suċċess kontinwu ta’ dawn l-isports fir-reġjun.