Bejn is-6 u t-8 ta’ Frar, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta u ċ-Ċentru Kulturali Provinċjali ta’ Zhejiang organizzaw sensiela ta’ attivitajiet biex ifakkru s-Sena l-Ġdida Ċiniża tas-Serp.
L-attivitajiet bdew fil-Kulleġġ San Tumas More fiż-Żejtun, fejn l-istudenti esperjenzaw iż-żfin tal-iljuni, il-pittura biz-zokkor, u l-arti tat-te Ċiniż. Fil-Belt Valletta, ħdejn il-Funtana tat-Tritoni, il-pubbliku gawda wirjiet spettakolari bi żfin u puppazzi tradizzjonali.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/13095730/WhatsApp-Image-2025-02-13-at-8.33.48-AM-1024x683.jpeg)
Il-qofol kien fit-8 ta’ Frar fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina, fejn il-viżitaturi setgħu jesperjenzaw tradizzjonijiet kulturali uniċi. Iċ-ċelebrazzjonijiet li seħħew fuq tlett ijiem kienu ta’ suċċess kbir, kekk kif dawn irnexxielhom jgħaqqdu l-kulturi taċ-Ċina u ta’ Malta permezz tat-tradizzjonijiet rikki u diversi tas-Sena l-Ġdida Ċiniża.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/13095726/WhatsApp-Image-2025-02-13-at-8.34.03-AM-1024x683.jpeg)