Raġel ta’ 75 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’għalqa f’Wied il-Ħesri, is-Siġġiewi.
Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.