Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat deċiżjoni tat-Tribunal Industrijali li ordnat lit-Times of Malta tħallas kumpens ta’ €171,000 lill-eks ġurnalist tagħha, Ivan Camilleri, wara li dan tkeċċa fl-2019.
Camilleri kien tkeċċa wara li nqabad jisraq oġġetti minn supermarket fin-Naxxar u anke għadda informazzjoni kunfidenzjali lin-negozjant Yorgen Fenech meta kien se jiġi mfittex mill-Pulizija b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
It-Tribunal sab li l-kumpanija naqset milli ssegwi l-proċeduri dixxiplinarji u ma tatx lil Camilleri ċans jiddefendi ruħu.
Minkejja dan, Camilleri nstab li kellu 25% tal-ħtija għat-tkeċċija tiegħu minħabba atteġġjament diżrispettiv lejn il-kollegi tiegħu. Il-Qorti ċaħdet l-appelli miż-żewġ naħat u kkonfermat il-kumpens.