Tniedet skema ta’ agroforestrija b’valur ta’ €600,000, bil-għan li bdiewa jħawlu siġar tal-frott. B’din l-iskema hi pass importanti fil-ħarsien tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja f’pajjiżna.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo.
Ġie spjegat li l-fondi kollha ġejjin minn fondi nazzjonali, b’kull bidwi se jibbenefika minn massimu ta’ €8,000.
“Din l-iskema hi importanti ħafna, hi proġett-pilota li intiża primarjament biex tikkonserva l-art agrikola. Għandha fiha aspett ambjentali qawwi ħafna, għandek ukoll l-aspett ta’ saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi, għax is-siġar minnhom infushom jagħtu ħafna ossiġnu, għandek ukoll l-aspett tal-ekonomija, għax int qed iżżid l-ekonomija, l-introjtu tal-bdiewa tagħna u finalment, ukoll qed issaħħaħ is-sigurtà tal-ikel.”
Il-Ministru Anton Refalo
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/12154311/pr250225a-1024x711.jpg)