Is-sena l-oħra, tnejn u għoxrin fil-mija tat-telefonati li saru fuq in-numru 112 kienu ġenwini.
Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri waqt attività li ssir kull sena sabiex jitfakkar il-Jum tal-112. Dan f’attività li saret fl-Iskola Primarja ta’ Bormla, kien hemm preżenti l-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela.
Il-Ministru Camilleri qal li kien nuqqas f’dawk it-telefonati li saru b’ingann jew bi żball. Dan hekk kif minn 57% fl-2023, dawn naqsu għal 50% is-sena li għaddiet.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/12084747/pr250221b-1024x684.jpg)
Ġie spjegat li kważi 80% tat-telefonati kienu għas-servizz ta’ ambulanza; 12% tat-telefonati kienu għd-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili; 9% tat-telefonati kienu indirizzati lill-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta rċivew 216-il telefonata.
Il-Ministru għas-Saħħa Abela saħaq dwar l-importanza li minn ta’ età żgħira, inħarġu lit-tfal ikunu jafu l-importanza u l-bżonn ta’ meta wieħed għandu juża n-numru 112.
Il-linja ta’ emerġenza 112 hija l-istess fis-27 membru stat tal-Unjoni Ewropea. Hija linja li topera 24/7 is-sena kollha kullimkien.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/12084753/pr250221c-1024x684.jpg)