Fl-2023 il-Prodott Gross Domestiku ta’ pajjiżna kien l-aktar wieħed li żdied mir-reġjuni tal-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea. Dan hekk kif żdied b’sitta punt sebgħa fil-mija fuq l-2022.
Statistika maħruġa mill-Eurostat indikat li, fl-2023, kien hemm 154 reġjun tal-Unjoni Ewropea li rreġistraw tkabbir mqabbel ma’ sena qabel, waqt li kien hemm 85 reġjun li ra tnaqqis.
B’differenza għall-2022, il-pajjiżi li esperjenzaw l-akbar tnaqqis fil-Prodott Gross Domestiku kienu l-Awstrija b’erbatax punt wieħed fil-mija u l-Olanda bi ħdax punt wieħed fil-mija.