Il-moħqrija tal-annimali qatt ma sabet it-tmiem tagħha fit-toroq Maltin. Filfatt, dawk ir-ritratti grafiċi juru s-sitwazzjoni li fiha kien nstab dan il-kelb. Huwa nżamm marbut għal sigħat twal b’tip ta’ materjal madwar għonqu li kkawża feriti madwar l-għonq ta’ dan il-kelb.
L-Assoċjazzjoni għal annimali abbandunati (AAA) offrietlu l-assistenza medika biex ikun jista’ jfieq minn dawn il-feriti. Filfatt, il-kelb ingħata l-kura għal tliet xhur sħaħ.
Iżda l-ġimgħa li għaddiet kienet waħda mill-isbaħ għal dan il-kelb, hekk kif wara li kien maħqur għal snin u spiċċa vittma tal-bniedem huwa ġie addottat. L-assoċjazzjoni appellat biex li kelb jinżamm marbut b’ċinga qasira, permessibli skont il-liġi, tiġi llegali.
Hekk kif fi kliemha, din it-tip ta’ moħqrija saret komuni f’pajjiżna u qed tiġri bosta drabi u għalhekk jeħtieġ li persuni li jwettqu moħqrija bħal din, jittieħdu passi legali kontrihom.
RITRATTI GRAFIĊI