Dalgħodu waqt summit f’Pariġi li qed jitratta l-azzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen iddikjarat li l-Kummisjoni se tkun qed timmobilizza €200 biljun għal investiment fl-intelliġenza artifiċjali. Minn dawn €20 biljun se jkunu f’fond speċifiku mmirat sabiex kumpaniji kbar ikunu jistgħu jiżviluppaw l-aktar mudelli kumplessivi tagħhom. Hija qalet li trid li l-intelliġenza artifiċjali tkun forza għall-ġid u tkabbir.
Il-Ħadd il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar investiment ta’ €109 biljun għall-proġetti ta’ intelliġenza artifiċjali fi Franza għas-snin li ġejjin.
F’Jannar il-President Amerikan Donald Trump kien ħabbar kollaborazzjoni ma’ Stargate, OpenAI, Oracle u Softbank sabiex jinvesti biljuni ta’ dollari fl-infrastruttura tal-intelliġenza artifiċjali b’din il-kollaborazzjoni tifforma kumpanija separata b’investiment immedjat ta’ mitt biljun dollaru li jiżdied għal 500 biljun fi żmien erba’ snin.